Granet
Ghall-Festa
294
Ikkuntatjana - Pagna 7

ghadna xi sorpriza din is sena ghal marc tal hamis??? ftit information please ........
data: 04-Feb-2011    awtur: teenager
F'isem il-kumitat nixtieq nirringrazzja lil habib taghna Alfred Busuttil minn Bormla tal-mudell tad-dijademi tal-appostli li gie mahdum bir-reqqa fir-ram u rregalat minnhu stess lill-ghaqda taghna. Dawn id-dijademi li qed jinhadmu fir-ram fuq disinn ta' Josef Camilleri qed ikomplu jzejnu s-sett ta' appostli l-godda li ftit ftit qed joqrob biex jitlesta. Grazzi u prosit mill-gdid lil habib taghna Fredu tax-xoghol tajjeb li dejjem taghna mill-qalb kemm fid-dijademi kif ukoll f'accessorji ohra li jzejnu dawn l-istatwi.
data: 04-Feb-2011    awtur: Gregory Gauci
Qrajt b'interess u bi pjacir dak li ktibtu fuq l-arkivju tal-Ghaqda u z-zamma tal-kotba u artikoli ohra ta' nteress. Dan juri s-serjeta' u d-dedikazzjoni li biha tiehdu l-affarijiet. Nawguralkom tkomplu zzommu b'ghozza u mhabba l-istorja ta' din l-Ghaqda habrieka u dak kollu relatat maghha. Awguri ghall-20 anniversarju!
data: 04-Feb-2011    awtur: Membru minn tal-bidu
prosiet tal web ..vera agornata
data: 30-Jan-2011    awtur: msida malta
Smajna li l-grupp tan-nar ser jergghu jiffurmaw biex jaghtu s-sehem taghhom fil-festa!!! Ejja naghmlulhom kuragg b'mod specjali lil Jonathan li hu membru mill-aktar attivi u dejjem hadem ghal festa bil-qalb. Is-sehem taghhom hu importanti hafna sabiex inkomplu nkabbru l-festa ghaziza taghna. Ejja ha nixeghlu triq il-kalandrijiet bin-nar u l-armaturi!!!!!!!!
data: 28-Jan-2011    awtur: Isfar u Blu
Dan l-ahhar thabbar li Dun Roberto Gauci ser ikun inkarigat mill-festa ghal din is-sena. Nahseb illi kienet ghazla ghaqlija u nemmen li jekk l-ghaqdiet jaghtu s-sehem taghhom inkunu nistghu nirkupraw iz-zmien mitluf u tigi organizzata festa li tixraq lir-rahal taghna anki din is-sena, wara l-hafna qtiegh ta' qalb li ghaddejna minnu. Importanti li min issa l-quddiem ma nharsux lura u ninsew il-problemi tal-passat. Ta' min ma jinsiex ukoll il-hidma li ghal diversi snin wettaq il-kumitat tal-festa sabiex tkun organizzata festa tajba u ta' dan tajjeb li nirringrazzjaw lil dawk li wettqu dan b'hafna dedikazzjoni fis-snin l-imghoddija. Issa hemm bzonn li nkabbru l-ambjent tal-festa billi ninsew id-differenzi tal-passat u kulhadd jigbed habel wiehed!!!!! Viva z-zewg!!!!!!!
data: 28-Jan-2011    awtur: Inhobb il-festa
Fl-ahhar jiem il-kunsill lokali infurmana illi ser jisponsorja lill-ghaqda taghna sabiex tiehu sehem fil-karnival li ser jigi organizzat f'Kercem nhar it-2 ta' Marzu. Ta' min ifahhar din l-inizjattiva talli l-kunsill hass li ghandu jghin lil ghaqda taghna wara l-kontroversja li nqalghet fuq l-armar tal-Milied. Minn qalbi naghti prosit lil Kunsill Lokali!!!!! Hekk ghandhom ikunu l-affarijiet!!!! Bl-izbalji ma taqax id-dinja, izda zball ghandu jitranga b'gest tajjeb kif gara f'dan il-kaz minn naha tal-kunsill lokali, u ahna li kkritikajna issa ghandna d-dover li nirrimarkaw u nfahhru lil Kunsill Lokali ta' dan il-pass li ghamel. J'alla fir-rahal taghna nkomplu naraw il-problemi jigu solvuti b'dan il-mod. Prosit mill-gdid u grazzi!!!!
data: 28-Jan-2011    awtur: Membru attiv
awguri father robert. konvint li bik fit tmun fl organnizzazjonijiet tal festi esterni se jkollna festa kbira. nheggeg aktar nies jghinu biex is success ikun ikbar. awguri
data: 25-Jan-2011    awtur: wara l maltemp jigi l bnazzi
Il-kumitat jagħti l-kondoljanzi lil Raymond Azzopardi u lill-kumplament tal-familja tiegħu għall-mewt tal-għażiża ommu Rita, li ġrat nhar it-Tnejn 24 ta' Jannar. Raymond għal diversi snin kien membru attiv kemm fil-kumitat u anki fis-sezzjonijiet, kif ukoll kien u għadu midħla taċ-ċentru parrokkjali u tal-ħidma fi ħdan l-għaqda tagħna.
data: 25-Jan-2011    awtur: Il-Kumitat
Nifirhu lil Dun Roberto u naghmlulu kuragg ghal din il-hidma gdida li gie afdat biha. Konvint li l-affarijiet se jmorru hafna ahjar!
data: 24-Jan-2011    awtur: Isfar u Blu

   Join us on facebook