Granet
Ghall-Festa
240
Ikkuntatjana - Pagna 2

Permezz ta' dan is-sit, f'isem il-kumitat u l-membri tas-sezzjonijiet nixtiequ nifirhu lill-membru Louis Camenzuli u lil martu Maxine fl-okkazjoni tat-twelid ta' tieni bint tagħhom, Michela. Minbarra li għal diversi snin Louis kien jokkupa diversi karigi fis- sezzjoni Kumissjoni Marci Brijuzi, huwa wkoll għadu membru tal-kumitat Centrali. Minn hawn nieħdu l-okkażjoni sabiex niringrazzjaw lilu u lil martu Maxine għall-appoġġ tagħhom, filwaqt li nixtiqulhom ħafna iktar affarijiet sbieħ għall-futur.
data: 06-Nov-2012    awtur: Il-Kumitat
Il-kumitat tal-għaqda tal-armar jixtieq jifraħ lill-membru Owen Formosa u lill-martu Marita għat-twelid ta' l-ewwel wild tagħhom Liam. Il-kumitat jingħaqad mal-familja Formosa f'dan il-mument feliċi, u jirringrazzja kemm lil Owen kif ukoll lil Marita għas-sehem tagħhom fil-ħidma tal-għaqda kemm fis-snin l-imgħoddija kif ukoll fil-preżent.
data: 14-Oct-2012    awtur: Il-kumitat
adni kif rajt il magazine li ghamiltu fil festa u ma stajtx ma ma nedilkomx prosit tal armar li ghandkom , sena ohra nigi zgur keep it up
data: 02-Aug-2012    awtur: zejtun
Hbieb, waslet festa ohra kif jaghddi z-zmien nixtieq minn qalbi nawgura l-festa t-tajba lill-Kulhadd b'mod specjali lill-ghaqdiet habrieka taghna li ilhom sena shiha jahdmu u jistinkaw ghall-din il-gimgha li gejja, awguri kulhadd fil-qasam tieghu min bin-nar li naf li ser ikun hemm show tajba, min fl-armar li ukoll cert li ir-rahal taghna ser ikun fost l-aqwa, u min bil-muzika li cert li l-banda taghna ser taghmel dak kollu possibbli biex tferrah lill-publiku b'mod specjali fil-programm ta' nhar l-Erbgha, il-Festa hi bhal katina holqa ma holqa jekk tinqata wahda min dawn il-holoq ma tistax tkun festa kompluta festa bla nar mhix festa festa bla banda mhix festa u festa bla armar lanqas mhi festa, mella zommu din f'mohkom ikoperaw ma xulxin kif dejjem ghamiltu u gawdu kull minuta u ghinu lill-xulxin u l-festa taghna tkun fost l-isbah f'Ghawdex.
data: 25-Jun-2012    awtur: Kercmi Pur
hii can you pls send me the Feast Programme to make same information in my Radio Programme "marcifest" on Radju Malta 93.7fm . My email is marcifest.vella62@gmail.com thks for your help Daniel Vella
data: 24-Jun-2012    awtur: Daniel Vella
Programm ta Briju u attivitajiet ghal matul il gimgha tal-festa. Il-Hadd 1 ta Lulju: Farmhouse Party. It-Tlieta 3 ta Lulju: Get Together fil-Bar 8 ta Lulju Il-Hamis 5 ta Lulju: Niltaghqu fil-Bar 8 ta Lulju fit 20:30 qabel il-Marc. Minn hemm nghatu bidu ghal marc Brijuz li jitlaq minn quddiem il-kunvent tas-sorijiet u jintemm bit tlugh ta l-istatwa taz-zewg fi Pjazza Salvatore Busuttil. Wara ezatt tigi nawgurata Sorpriza majestuza fuq disinn ta' Josef Camilleri Cauci. Din l-armatura giet mahduma minn diversi nies profesjonali kif ukoll mill-istess membri ta' l-ghaqda. Il-Hadd 8 ta' Lulju: Il-marc ta' fil-ghodu jibda' fil-11:30 minn Pjazza Orvieto, ghal Pjazza San Girgor u jintemm quddiem ic-centru Parrokjali. Qed inwasslu dan biex inheggu aktar partitarji Kercmin jiehdu sehem f'dan l' attivitajiet li tant inkunu ilna nahdmu fuqhom. Qabel kollox nixtiequ nirringrazzjaw lill dawk kollha li b xi modd jew iehor jkunu ta ghajnuna u ta kuragg biex inkomplu nahdmu u nkabbru jsem ir-rahal Ta' Kercem. Grazzi
data: 21-Jun-2012    awtur: Kummissjoni Marci Brijuzi
nixtieq nawgura hidma it tajba lil tal armar. il bambin maghkom halli tkomplu zzejnu r rahal bla xkiel ta xejn. awguri
data: 09-Jun-2012    awtur: kercmi
Ghal dawk kollha li jixtiequ jordnaw flokk tal-festa sena 2012 jaghmlu dan billi jkellmu lill xi membru, mill-bar 8 ta' Lulju jew cemplu fuq 79604214. Qed naghmlu dan peress li mhux se nordnaw hafna zejjed. Grazzi
data: 10-Mar-2012    awtur: Kummissjoni Marci Brijuzi
prosit ta danza hilarious li ghamitu. paxxejtu lil kuhadd. prosit
data: 17-Feb-2012    awtur: kercmi
Permezz ta' dan is-sit, f'isem il-kumitat u l-membri tas-sezzjonijiet nixtiequ nifirhu lill-membru Christopher Grech u lil martu Janice fl-okkazjoni tat-twelid ta' l-ewwel bint tagħhom, Paula. Minbarra li għal diversi snin Christopher kien membru fil-kumitat ċentrali kif ukoll fis-sezzjoni Klabb 8 ta' Lulju, huwa wkoll għadu jokkupa l-kariga ta' teżorier fi ħdan is-sezzjoni Kummissjoni Marċi Brijużi. Minn hawn nieħdu l-okkażjoni sabiex niringrazzjaw lilu u lil martu Janice għall-appoġġ tagħhom, filwaqt li nixtiqulhom ħafna iktar affarijiet sbieħ għall-futur.
data: 14-Jan-2012    awtur: Il-Kumitat

   Join us on facebook