Granet
Ghall-Festa
240
Ikkuntatjana - Pagna 9

Hemm bzonn li kulhadd iqum fuq tieghu u ma tibzghux ghamlu bhal haddiehor (ghaqda ohra fir-rahal) u tiehdu zgur bhalissa bil-ilsiena barra qedin nilaqu lil dak u lil iehor fejn sejrin il-flus??? kunsill ohra jisponsorjaw l-ghaqdiet taghna QATT ma jista. Hemm bzonn li s-segretarjat ikun jaf mhux juruh ix-xinxilli. (Ta'Kercem bhalissa ghan nizla u jimbuttawna) QUMU MINN HEMM GHAX HA JKUN TARD WISQ!!!
data: 22-Dec-2010    awtur: Kercmi iddizappuntat
Fil-laqgha tal-Kunsill Lokali datata 11 ta Mejju 2010 gie approvat hlas ta 425 Ewro li huwa pagament ghal Bandisti barranin ghal festa ta Santa Lucija. Tajba din, il-kunsill hallas marc ta festa. Issa ha naraw kemm ha jhallas marcijiet ghall-festa taghna!!!!!!
data: 21-Dec-2010    awtur: Tajba Din
Naqbel perfettament mal-kummenti ta qabli. Ta min jghid li l-ghaqda tal-armar ghandha l-armar kollu mehtieg sabiex tintrama it-triq tal-milied u dan qed jithalla ghat tieni sena konsekuttiva gewwa il-mahzen. L-istess il-kunsill taghna u dak tar-Rabat li sponsorja lit-tlett timijiet tal-futbol tar-rabat!!! Ahna basta niftahru li irnexxilna inehhu l-One Way fit-triq li taghti ghar-rahal!! L-ghaqdiet taghna huma minsija mill-Kunsill Lokali... ISTHU JEKK TAFU
data: 21-Dec-2010    awtur: Inhobb ir-Rahal
Ikolli nghid li issa f'dan ir-rahal veru messejna l-qiegh. Min jahdem u jistinka is-sena kollha B'MOD VOLONTARJU U MINGHAJR INTERSSI, qieghed jinghata daqqiet ta' sieq minn MINN KULLIMKIEN!!!! L-uniku zewg ghaqdiet li ghanna jahdmu ghall-festa u ghar-rahal ghal darb'ohra baqghu b'xiber imnieher mill-ghajnuniet li gew imwieghda minn min fi zminijiet ohra kien fil-bzonn. U dan fis-sena iddedikata lill-volontarjat u lill-voluntiera! ISTHU JEKK TAFU!!! Inheggeg lill membri ta' dawn iz-zewg ghaqdiet habrieka biex dan ma jinsewhx!!! u meta jasal il-waqt nuru li ahna mhux ta' min jghaddi minn fuq rasna!!! Imbghad tigux thabbtulna l-biebien fl-ahhar minuta biex naqdu dmirna!
data: 20-Dec-2010    awtur: KERCMI TA' VERU
vera tal misthija ghaqda li tahdem is sena kolla, tigbor it tfal tar rahal fil mahzen u goc-centru imbad issib min jaghmlilha hekk. ghaqdiet ohra fir rahal taghkom jiehdu beneficju min ghand il kunsill nahseb. TAD-DAHK U TAL BIKI FL ISTESS HIN!!!!
data: 18-Dec-2010    awtur: mill-qala, residenti kercem
Ma nixtieqx li f'dan iż-żmien ta' festi noħloq polemika imma ħassejt li ghandi naqsam id-diżappunt kbir tiegħi ma' dawk li jafu sew xi tfisser li taħdem fil-volontarjat. Qed nirreferi ghall-armar tal-Milied fir-raħal li minn dejjem kien ikun ikummissjonjat mill-Kunsill Lokali lill-ghaqda taghna. Is-sena l-ohra dan l-armar ma sarx ghar-raguni li gejna moghtija, li ma kienx hemm fondi allokati ghal dan l-armar; s'hawn kienet accettabli. Din is-sena ergajna ghamilna t-talba taghna (kemm bil-miktub kif ukoll bil-kelma) sabiex isir dan l-armar u ergajna gejna moghtija l-istess risposta, u li l-armar mhux ser isir. Izda b'sorpriza ghal kulhadd qomna nhar it-Tnejn filghodu u rajna kuntrattur privat jarma it-triq principali. Bl-ebda mod m'ahna qed nopponu lil xi hadd li jaghmel dan ix-xoghol fir-rahal taghna, izda nahseb li ghallinqas stajna gejna ikkomunikati mill-Kunsill b'din id-decizjoni !!!!!!! Ma nahsibx li dan huwa l-ahjar mod kif tinkoraggixxi l-volontarjat fir-rahal, meta lkoll nafu li l-voluntiera qeghdin dejjem jonqsu, ghax mill-volontarjat la tiehu l-ebda unuri u wisq inqas hlas, anzi xi kultant tlaqqat xi wahda minn dawn li qed insemmi issa !!!!!!!! Ma ninsewx li l-ghaqdiet huma l-qalb tar-rahal. ghalhekk kull min hu fir-responsabbilta li jinkorragihom u jsostnihom, huwa fid-dmir li jaghmel dan dejjem u f'kull hin u mhux meta jkun il-mument opportun biss !!!!! Ma ninsewx li l-ghaqdiet kull meta tfittixhom issibhom, u tajjeb niftakru meta ricentament f'attivitajiet tal-kunsill kien hemm hafna kurrenti kontra, l-ghaqdiet ta' rieda tajba xorta kienu minn ta' quddiem sabiex jaghtu s-sehem taghhom. Mela ejja lkoll flimkien naghtu sehemna b'risq il-volontarjat qabel ikun tard wisq. Nixtiequ hafna li ninghataw ftit incentiv ghal dak li qeghdin naghmlu u nahdmu ghalih ghax bhalissa il-kundizzjonijiet huma wisq difficli sabiex wiehed jahdem, u ma nixtieqx li ftit tas-snin ohra ikolli nqun filghodu u nara xi kuntrattur jarma t-toroq ghal-festa wkoll, ghax lil voluntiera li hemm bhalissa inkunu qtajnielhom qalbhom u kissirnijhom b'decizjonijiet bhal dawn. Irridu noqoghdu attenti biex dak li bnejna b'tant tbatija f'hafna snin ma nhallihx jitkisser quddiem ghajnejna. Qed inwassal dan il-messag minghajr l-ebda pika u mibeghda, izda bl-ikbar sincerita u bix-xewqa li nwassal messag li l-ghaqdiet volontarji huma punt sensittiv hafna fil-hajja socjali tal-komunita taghna. Mela ejja lkoll flimkien iharsu l-quddiem u mill-izbalji li setghu graw fil-passat nippruvaw nibnu futur ahjar flimkien. L-isbah xewqat ghal-Milied hieni u sena gdida mimlija risq u barka lir-rapprezentanti kollha tal-Kunsill Lokali u lill-membri habrieka tal-ghaqda tal-armar. Ejja nharsu l-quddiem!!!!!
data: 14-Dec-2010    awtur: Membru mwegga
nixtieq nistieden lill nies ta kercem kolla biex dawn il jumejn li gejjin jitilew sal festa igawdu maghna
data: 10-Dec-2010    awtur: santa lucija
Grazzi lil diversi persuni li tawna l-għajnuna tagħhom sabiex nipparteċipaw fil-wirjiet li qed isisru f'Ħal Luqa b'mod speċjali lil Golinu Vella li tana ħafna mir-ritrartti li bihom ipparteċipajna fil-wirja ta' ritratti. Kemm f'din il-wirja kif ukoll fil-wirja l-oħra li fiha pparteċipajna bl-istatwi qed ikollna rispons tajjeb ħafna.
data: 26-Nov-2010    awtur: Gregory Gauci
Grazzi lill-Kercmin kollha ghar-rispons tajjeb hafna li kellna fil-gabra bieb bieb. L-ammont migbur qabez dak tal-gabra li saret is-sena l-ohra f'Novembru, u dan minkejja li fl-ahhar gimghat kellna numru ta' gabriet ohrajn fil-parrocca. Grazzi kbira lil kulhadd, dan juri li l-hidma tal-ghaqda taghna ghadha tkun apprezzata!!!
data: 16-Nov-2010    awtur: Membru
Fisem sħabi nixtieq ninghaqad tal-ghaqda mal-kumplament tal-Kercmin u tal-Ghawdxin kollha f'dan il-mument ta' luttu ghall-mewt tal-Isqof Emeritus Mons. Nikol Ġ. Cauchi. Kien ragħaj eżemplari u li ta' hafna lid-djoċesi taghna li huwa mexxa ghal hafna snin. Żgur li jibqa mfakkar ghal karattru ferrieħi tiegħu kif ukoll għat-tagħlim sabiħ li kien iwassal fil-ħafna priedki u diskorsi li kien jagġmel fuq diversi mezzi tax-xandir.
data: 16-Nov-2010    awtur: Gregory Gauci

   Join us on facebook